Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Ġunju 2017

20 ta’ Ġunju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Ġunju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 278.6 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

15 ta’ Ġunju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 40 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 293.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 1,131.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 37.1 biljun għal EUR 209.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 7.4 biljun għal EUR 171.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ġunju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 12.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 607.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 601.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.2 biljun għal EUR 2,045.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fis-16 ta’ Ġunju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 8.1 biljun

-

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.6 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 222.8 biljun

+EUR 1.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.8 biljun

+EUR 0.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 93.7 biljun

+EUR 1.6 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,592.5 biljun

+EUR 13.0 biljun

-EUR 0.5 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 30.9 biljun għal EUR 1,168.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,075 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 322,923 1,428
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,602 187
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 245,321 1,241
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 28,688 −1,182
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,309 1,598
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,309 1,598
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 779,122 −876
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 11,013 −1,093
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,770 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 339 217
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 75,531 1,868
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,338,700 13,065
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,044,997 15,231
  7.2 Titoli oħra 293,702 −2,166
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 239,221 −1,088
Attiv totali 4,232,941 14,812
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,131,735 1,262
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,776,233 −24,371
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,168,385 −30,862
  2.2 Faċilità tad-depożitu 607,801 6,494
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 47 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 7,357 −1,706
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 351,738 41,536
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 209,665 37,143
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 142,074 4,393
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 149,026 −3,676
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,972 189
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,024 218
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,024 218
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 229,480 1,361
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,298 0
Passiv totali 4,232,941 14,812

Kuntatti midja