Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Ġunju 2017

6 ta’ Ġunju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Ġunju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 278.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

1 ta’ Ġunju 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 40 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 295.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 1,131.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 51.6 biljun għal EUR 157.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 16.4 biljun għal EUR 178.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 15.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 12.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Ġunju 2017 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 2.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.0 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 602.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 588.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.7 biljun għal EUR 2,015.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-2 ta’ Ġunju 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 8.2 biljun

-

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.6 biljun

-

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 220.5 biljun

+EUR 1.3 biljun

-EUR 0.2 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.7 biljun

+EUR 0.0 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 90.7 biljun

+EUR 1.5 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,568.0 biljun

+EUR 11.0 biljun

-EUR 0.6 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 34.7 biljun għal EUR 1,194.2 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,103 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 321,193 36
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,439 1
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 243,754 35
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,239 −72
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,310 404
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,310 404
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 780,105 −3,353
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 12,073 −3,843
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,770 466
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 262 24
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 74,515 −1,370
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,310,998 11,850
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,015,162 12,719
  7.2 Titoli oħra 295,835 −869
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 240,709 1,363
Attiv totali 4,204,543 8,858
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,131,306 7,178
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,796,215 47,788
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,194,207 34,718
  2.2 Faċilità tad-depożitu 601,972 13,086
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 36 −16
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 11,266 993
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 299,858 −53,287
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 157,659 −51,627
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 142,199 −1,660
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 150,683 5,188
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,841 −19
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,731 −369
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,731 −369
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 228,268 1,384
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,298 0
Passiv totali 4,204,543 8,858

Kuntatti midja