Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Mejju 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Mejju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 21 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 279.3 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
11 ta’ Mejju 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 35 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 296.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 1,124.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 26.6 biljun għal EUR 140.8 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 1.1 biljun għal EUR 180.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Mejju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 14.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 600.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 600.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.8 biljun għal EUR 1,974.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fit-12 ta’ Mejju 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 8.3 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 5.8 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 218.6 biljun |
+EUR 1.2 biljun |
- |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 23.8 biljun |
+EUR 0.1 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 84.9 biljun |
+EUR 1.5 biljun |
- |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,534.8 biljun |
+EUR 12.0 biljun |
- |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) |
EUR 98.4 biljun |
- |
- |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 7.1 biljun għal EUR 1,165.6 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 404,102 | −21 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 320,923 | 1,174 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,400 | 10 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 243,523 | 1,164 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 32,253 | −2,324 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,039 | 277 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,039 | 277 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 781,232 | −798 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 13,679 | −750 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 767,304 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 248 | −48 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 79,618 | 995 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,271,448 | 13,922 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,974,698 | 14,798 | |
7.2 | Titoli oħra | 296,750 | −876 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,372 | 0 | |
9 | Assi oħra | 237,602 | 538 | |
Attiv totali | 4,170,588 | 13,763 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,124,664 | −394 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,766,310 | −6,741 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,165,598 | −7,070 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 600,693 | 329 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 18 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 10,828 | −1,526 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 283,056 | 27,043 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 140,845 | 26,629 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 142,211 | 414 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 170,484 | −4,717 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,676 | −424 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 11,132 | −257 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,132 | −257 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,048 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 227,166 | 845 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 412,030 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,195 | −67 | |
Passiv totali | 4,170,588 | 13,763 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja