Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ April 2017

3 ta’ Mejju 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ April 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu bi EUR 22 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 280.1 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

27 ta’ April 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 80 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 300.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.6 biljun għal EUR 1,125.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 37.5 biljun għal EUR 172.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 19.5 biljun għal EUR 205.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ April 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 14.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 14.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 3.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 1.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 576.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 559.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.9 biljun għal EUR 1,946.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fit-28 ta’ April 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 8.3 biljun

-

-EUR 0.9 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 5.8 biljun

-

-EUR 0.1 biljun

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 216.4 biljun

+EUR 1.2 biljun

-EUR 0.9 biljun

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 23.7 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.8 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 82.3 biljun

+EUR 1.2 biljun

-

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,512.0 biljun

+EUR 15.1 biljun

-EUR 1.0 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP)

EUR 98.4 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 9.6 biljun għal EUR 1,132.6 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,167 −22
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 319,610 −1,985
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,542 −108
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 242,068 −1,877
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,583 3,201
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,228 −1,746
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,228 −1,746
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 782,075 −2,078
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 14,409 −341
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 767,304 −1,881
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 361 143
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 78,190 −3,836
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,247,422 11,209
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,946,923 13,900
  7.2 Titoli oħra 300,499 −2,691
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 238,385 3,891
Attiv totali 4,148,032 8,634
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,125,255 3,637
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,709,086 27,091
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,132,647 9,633
  2.2 Faċilità tad-depożitu 576,420 17,458
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 18 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 12,884 2,162
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 306,241 −38,005
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 171,991 −37,529
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 134,251 −476
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 180,671 11,535
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 4,994 1,982
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,067 −427
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,067 −427
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 225,493 −230
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 102,262 888
Passiv totali 4,148,032 8,634

Kuntatti midja