Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ April 2017

19 ta’ April 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ April 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 280.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta’ tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

13 ta’ April 2017

Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 45 miljun

USD 35 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 304.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 8.3 biljun għal EUR 1,127.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 10.8 biljun għal EUR 164.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 25.1 biljun għal EUR 219.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ April 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 13.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ kważi l-istess ammont b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 563.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 588.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15 biljun għal EUR 1,921.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fl-14 ta’ April 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1

EUR 9.5 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2

EUR 6.0 biljun

-

-

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3

EUR 215.5 biljun

+EUR 0.8 biljun

-

Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi

EUR 24.4 biljun

+EUR 0.1 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv

EUR 79.6 biljun

+EUR 1.7 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,486.8 biljun

+EUR 12.5 biljun

-

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 99.6 biljun

-

-

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 11.6 biljun għal EUR 1,144.5 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,189 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 321,847 −1,217
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,663 0
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 244,185 −1,217
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 31,575 −2
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,804 1,235
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,804 1,235
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 783,134 647
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 13,228 57
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 769,185 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 721 590
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 80,711 −675
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,225,886 14,556
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,921,362 15,034
  7.2 Titoli oħra 304,525 −478
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 0
9 Assi oħra 236,478 −901
Attiv totali 4,129,996 13,643
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,127,501 8,272
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,708,322 −12,802
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,144,512 11,622
  2.2 Faċilità tad-depożitu 563,790 −24,436
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 21 12
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 13,184 −534
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 298,107 18,874
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 164,748 10,836
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 133,359 8,038
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 170,549 2,070
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,924 −975
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 11,171 −415
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,171 −415
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 225,785 −846
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0
12 Kapital u riżervi 101,374 0
Passiv totali 4,129,996 13,643
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja