Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Diċembru 2016

20 ta' Diċembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.8 biljun għal EUR 278.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ Diċembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 21 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.5 biljun USD 4.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 323.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.0 biljun għal EUR 1,117.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 24.0 biljun għal EUR 168.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 34.5 biljun għal EUR 129.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 35.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 36.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 418.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 451.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.5 biljun għal EUR 1,644.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-16 ta’ Diċembru 2016 Differenza mqabbla mad-9 ta’ Diċembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mad-9 ta’ Diċembru 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.0 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 204.0 biljun +EUR 0.6 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.1 biljun +EUR 0.4 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 50.6 biljun +EUR 0.7 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,244.3 biljun +EUR 16.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 10.6 biljun għal EUR 879.7 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 319,456 2,923
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,503 29
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 241,953 2,894
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 36,864 804
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,094 154
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,094 154
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 547,437 986
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 36,822 1,060
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 510,468 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 147 −74
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 79,837 −1,843
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,967,103 16,515
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,643,986 17,474
  7.2 Titoli oħra 323,117 −959
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,437 −2
9 Assi oħra 222,870 1,422
Attiv totali 3,630,732 20,959
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,117,369 3,040
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,298,100 −22,875
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 879,665 10,647
  2.2 Faċilità tad-depożitu 418,410 −33,460
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 25 −62
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 4,887 1,505
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 271,849 22,812
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 168,906 24,005
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 102,943 −1,194
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 127,335 15,328
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 7,122 877
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,237 17
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,237 17
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 215,627 256
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 99,527 1
Passiv totali 3,630,732 20,959

Kuntatti midja