Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-18 ta’ Novembru 2016

22 ta' Novembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Novembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 274.5 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Novembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.0 biljun USD 0.2 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 323.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 1,099.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13.4 biljun għal EUR 164.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.0 biljun għal EUR 85.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 31.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2) kien ta’ EUR 459.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 459.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 21.2 biljun għal EUR 1,572.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-18 ta’ Novembru 2016

Differenza mqabbla

mal-11 ta’ Novembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-11 ta’ Novembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.6 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 200.4 biljun +EUR 0.9 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 21.9 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 44.3 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,182.9 biljun +EUR 17.8 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 2.1 biljun għal EUR 802.5 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 314,580 322
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,213 56
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 236,368 266
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,468 90
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,314 1,184
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,314 1,184
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 544,890 1,142
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,639 1,190
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 512,214 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 37 −48
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 87,522 −3,924
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,895,544 19,898
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,572,271 21,167
  7.2 Titoli oħra 323,272 −1,269
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 220,962 374
Attiv totali 3,553,353 19,087
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,099,269 −1,421
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,261,480 1,321
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 802,476 2,132
  2.2 Faċilità tad-depożitu 458,959 −765
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 44 −47
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,820 −5
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 270,607 11,797
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 164,050 13,368
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 106,557 −1,570
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 109,917 8,380
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 4,423 662
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,974 −641
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,974 −641
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 216,350 −1,006
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,553,353 19,087

Kuntatti midja