Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Ottubru 2016

1 ta' Novembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Ottubru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 274.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
27 ta’ Ottubru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.5 biljun USD 1.0 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 327.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 1,100.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 186.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 13.7 biljun għal EUR 163.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 33.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 36.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 7.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.4 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 384.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 397.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.3 biljun għal EUR 1,513.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-28 ta’ Ottubru 2016

Differenza mqabbla

mal-21 ta’ Ottubru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-21 ta’ Ottubru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 14.1 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 197.6 biljun +EUR 1.2 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 21.5 biljun +EUR 0.6 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 37.8 biljun +EUR 1.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,131.1 biljun +EUR 17.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 103.7 biljun - -EUR 0.0 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 31.6 biljun għal EUR 812.8 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 311,468 −1,627
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,333 528
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 233,134 −2,155
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 36,148 872
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,941 −518
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,941 −518
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 548,298 1,035
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 36,027 2,598
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 512,214 −1,583
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 58 20
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 93,947 2,211
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,840,430 18,428
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,512,957 20,250
  7.2 Titoli oħra 327,472 −1,822
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 220,097 −7,928
Attiv totali 3,507,401 12,473
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,100,281 5,179
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,197,236 18,954
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 812,839 31,604
  2.2 Faċilità tad-depożitu 384,365 −12,675
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 32 25
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,405 −158
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 290,456 −13,580
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 186,183 −6,571
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 104,272 −7,009
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 108,225 2,155
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,494 887
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,655 95
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,655 95
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 215,137 −1,059
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,507,401 12,473

Kuntatti midja