Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ Ottubru 2016

18 ta' Ottubru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Ottubru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 273.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
13 ta’ Ottubru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 2.8 biljun USD 0.2 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 329.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 1,096.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13.4 biljun għal EUR 171.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.5 biljun għal EUR 145.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 34.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 401.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 409.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.8 biljun għal EUR 1,475.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-14 ta’ Ottubru 2016

Differenza mqabbla

mas-7 ta’ Ottubru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mas-7 ta’ Ottubru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 14.7 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.1 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 195.8 biljun +EUR 1.0 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.9 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 33.8 biljun +EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,097.4 biljun +EUR 18.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 106.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 16.2 biljun għal EUR 793.5 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,633 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 312,999 −657
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,805 −6
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 235,194 −650
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,323 829
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,157 −800
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,157 −800
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,771 −1,476
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,886 −1,482
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 513,797 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 88 6
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 88,858 −1,128
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,805,127 20,675
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,475,741 20,842
  7.2 Titoli oħra 329,386 −167
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 224,972 411
Attiv totali 3,469,281 17,854
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,096,249 −963
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,195,021 8,156
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 793,526 16,161
  2.2 Faċilità tad-depożitu 401,478 −7,916
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 17 −89
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,481 −355
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 276,889 12,665
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 171,420 13,420
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 105,469 −755
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 97,674 −4,012
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,594 1,420
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,256 450
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,256 450
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 207,604 492
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,469,281 17,854
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja