Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Settembru 2016

5 ta' Ottubru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2016 it-tnaqqis ta’ EUR 0.5 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali u l-bejgħ ta’ deheb f’ammont ta’ EUR 12-il miljun li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 5.4 biljun għal EUR 279.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
29 ta’ Settembru 2016 Tranżazzjonijiet irriversjati ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 290 miljun USD 6,348 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 329.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.0 biljun għal EUR 1,096.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 15.6 biljun għal EUR 155.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 8.7 biljun għal EUR 154.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 43.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 38.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 7.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.6 biljun. Barra dan, EUR 11.0 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I), fosthom ammont volontarju ta’ EUR 9.4 biljun, ġew rimborżati qabel il-maturità. Barra minn hekk, ġiet konkluża t-tieni offerta ta’ EUR 45.3 biljun b’maturità ta’ 1,463 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 398.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 362.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 1,434.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-30 ta’ Settembru 2016 Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – fidi Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 15.6 biljun - - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.3 biljun - - +EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 194.3 biljun +EUR 1.0 biljun - -EUR 0.6 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.7 biljun +EUR 0.6 biljun -EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 29.7 biljun +EUR 1.9 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,061.2 biljun +EUR 15.6 biljun - -EUR 4.1 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 106.0 biljun - - +EUR 0.3 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 4.6 biljun għal EUR 759.8 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,185.915 kull uqija fina

USD: 1.1161 kull EUR

JPY: 113.09 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2503 kull SDR

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,633 −12 −498
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 315,195 2,642 −1,973
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,840 1,083 −501
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 237,354 1,558 −1,472
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,904 4,506 −211
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,572 1,829 −14
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,572 1,829 −14
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 552,557 26,581 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 38,740 −4,438 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 513,797 31,071 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 20 −52 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 83,405 −6,552 1
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,764,071 17,273 −4,776
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,434,785 18,968 −4,484
  7.2 Titoli oħra 329,286 −1,695 −292
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0 −38
9 Assi oħra 230,369 4,748 3,238
Attiv totali 3,438,145 51,014 −4,271
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,096,255 4,044 0
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,157,891 30,695 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 759,817 −4,578 0
  2.2 Faċilità tad-depożitu 398,016 35,226 0
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 58 47 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,804 −56 0
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 260,956 −12,599 0
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 155,392 −15,620 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 105,564 3,021 0
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 122,847 29,427 −4
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,789 −95 −25
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,756 −10 4
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,756 −10 4
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0 −354
10 Obbligazzjonijiet oħra 207,335 −391 −1,515
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,546 0 −2,377
12 Kapital u riżervi 100,835 0 0
Passiv totali 3,438,145 51,014 −4,271
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja