Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Settembru 2016

27 ta' Settembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.0 biljun għal EUR 274.0 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
22 ta’ Settembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 290 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 331.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 1,092.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13.8 biljun għal EUR 171.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.6 biljun għal EUR 163.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 362.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 365.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 1,420.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-23 ta’ Settembru 2016 Differenza mqabbla mas-16 ta’ Settembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mas-16 ta’ Settembru 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 15.6 biljun - -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 193.9 biljun +EUR 1.0 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.3 biljun +EUR 0.2 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 27.9 biljun +EUR 2.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,049.7 biljun +EUR 15.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 105.7 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.5 biljun għal EUR 764.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 413,142 1
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 314,526 2,268
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,258 −39
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 237,269 2,307
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 29,609 −262
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,757 770
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,757 770
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,976 1,624
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 43,178 1,597
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 482,726 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 72 27
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 89,957 −3,973
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,751,574 16,742
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,420,301 18,144
  7.2 Titoli oħra 331,273 −1,402
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 222,383 1,860
Attiv totali 3,391,402 19,029
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,092,210 −2,121
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,127,196 −6,412
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 764,395 −3,474
  2.2 Faċilità tad-depożitu 362,790 −2,902
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 11 −36
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,860 −10
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 273,555 14,697
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 171,011 13,755
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 102,543 942
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 93,424 9,420
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,908 −118
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,762 110
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,762 110
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,486 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 209,242 3,462
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapital u riżervi 100,835 0
Passiv totali 3,391,402 19,029

Kuntatti midja