Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Settembru 2016

20 ta' Settembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 272.0 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ Settembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5 miljun -

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 332.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,094.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 28.7 biljun għal EUR 157.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 20.0 biljun għal EUR 158.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 41.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 365.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 385.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.0 biljun għal EUR 1,402.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-16 ta’ Settembru 2016

Differenza mqabbla

mad-9 ta’ Settembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mad-9 ta’ Settembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.0 biljun - -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.3 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 193.0 biljun +EUR 1.6 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.3 biljun +EUR 0.2 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 25.6 biljun +EUR 2.7 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,034.3 biljun +EUR 16.0 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 105.7 biljun - -EUR 2.7 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 9.7 biljun għal EUR 767.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 413,142 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 312,259 657
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,297 −8
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 234,962 666
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 29,871 −548
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 16,987 −216
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 16,987 −216
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 524,352 −151
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 41,581 −197
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 482,726 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 45 45
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 93,930 −845
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,734,832 13,457
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,402,157 16,979
  7.2 Titoli oħra 332,675 −3,522
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 220,523 1,276
Attiv totali 3,372,373 13,631
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,094,331 −1,219
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,133,608 −29,827
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 767,870 −9,669
  2.2 Faċilità tad-depożitu 365,691 −20,175
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 47 17
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,870 −39
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 258,857 31,077
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 157,257 28,684
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 101,601 2,393
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 84,005 11,387
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,025 −30
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,653 452
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,653 452
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,486 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 205,779 1,830
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapital u riżervi 100,835 0
Passiv totali 3,372,373 13,631
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja