Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-9 ta’ Settembru 2016

13 ta' Settembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 272.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta’ Settembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 350 miljun USD 5 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) baqgħu kważi l-istess, jiġifieri EUR 1,095.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 128.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 9.0 biljun għal EUR 138.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 43.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 41.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 385.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 378.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.6 biljun għal EUR 1,385.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-9 ta’ Settembru 2016

Differenza mqabbla

mat-2 ta’ Settembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mat-2 ta’ Settembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 191.5 biljun +EUR 0.9 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.2 biljun +EUR 0.0 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 22.9 biljun +EUR 2.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,018.3 biljun +EUR 16.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 108.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 13.5 biljun għal EUR 777.5 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 413,142 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 311,601 337
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,305 −3
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 234,297 340
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,419 −108
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,203 −145
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,203 −145
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 524,503 −2,024
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 41,777 −2,004
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 482,726 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 0 −20
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 94,775 −1,510
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,721,375 19,150
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,385,178 19,600
  7.2 Titoli oħra 336,197 −450
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 219,246 1,268
Attiv totali 3,358,742 16,967
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,095,550 49
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,163,435 20,473
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 777,539 13,505
  2.2 Faċilità tad-depożitu 385,866 6,988
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 30 −20
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,909 −239
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 227,781 10,788
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 128,573 10,420
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 99,208 368
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 72,617 −12,954
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,056 −181
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 8,200 −390
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,200 −390
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,486 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 203,950 −580
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapital u riżervi 100,835 0
Passiv totali 3,358,742 16,967

Kuntatti midja