Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Awwissu 2016

30 ta' Awissu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.1 biljun għal EUR 272.5 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
25 ta’ Awwissu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 10 miljun USD 1,340 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 337.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 3.7 biljun għal EUR 1,093.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 28.9 biljun għal EUR 171.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 13.4 biljun għal EUR 180.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 42.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 346.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 358.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.6 biljun għal EUR 1,351.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-26 ta’ Awwissu 2016 Differenza mqabbla mad-19 ta’ Awwissu 2016 – xiri Differenza mqabbla mad-19 ta’ Awwissu 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 189.2 biljun +EUR 0.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.2 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 19.3 biljun +EUR 1.5 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 990.8 biljun +EUR 10.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 108.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 0.9 biljun għal EUR 740.0 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u krediti f’deheb 413,141 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 310,056 1,185
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,244 −1
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
232,812 1,185
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,619 469
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 17,224 35
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,224 35
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 526,795 1,135
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 42,778 1,126
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 483,982 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 36 9
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 95,652 1,818
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 1,688,979 12,508
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,351,823 12,567
  7.2 Titoli oħra 337,157 −58
8 Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 219,543 13
Assi Totali 3,330,487 17,164
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,093,085 −3,714
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,086,462 −13,143
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 739,999 −893
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 346,426 −12,275
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 36 25
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 4,151 278
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro 270,176 29,280
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 171,578 28,854
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 98,598 426
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 81,236 3,829
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,072 20
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 8,622 549
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,622 549
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 203,439 64
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,835 0
Total tal-passiv 3,330,487 17,164

Kuntatti midja