Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Awwissu 2016

16 ta' Awissu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 nieqsa l-partiti 7, 8 u 9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 271.4 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
11 ta' Awissu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.6 biljun USD 0.1 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,100.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1) żdiedu b’EUR 15.2 biljun għal EUR 126.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas b’EUR 15.6-il biljun għal EUR 170.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita 5.1) ta’ EUR 43 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 41.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2) kien ta’ EUR 354.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 340.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1) żdiedu bi EUR 13.3 biljun għal EUR 1,325.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-12 ta’ Awwissu 2016 Differenza mqabbla mal-5 ta’ Awwissu 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-5 ta’ Awwissu 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 188.0 biljun +EUR 0.7 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.4 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 16.2 biljun +EUR 1.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 968.6 biljun +EUR 11.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 108.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1) naqset b’EUR 11.2 biljun għal EUR 742.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u krediti f’deheb 413,141 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 307,304 −1,128
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,244 −5
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
230,060 −1,123
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,567 672
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 17,126 524
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,126 524
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,603 −1,481
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 41,621 −1,368
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 483,982 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −113
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 92,249 −860
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 1,663,216 13,226
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,325,615 13,266
  7.2 Titoli oħra 337,601 −39
8 Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 217,885 −523
Assi Totali 3,296,568 10,429
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,100,410 1,181
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,097,340 2,898
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 742,466 −11,208
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 354,840 14,090
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 33 16
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 3,865 225
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro 224,995 16,056
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 126,394 15,167
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 98,601 889
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 76,053 −7,771
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,121 −45
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 7,845 −51
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,845 −51
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 202,695 −2,065
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,835 0
Total tal-passiv 3,296,568 10,429

Kuntatti midja