Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-5 ta’ Awwissu 2016

9 ta' Awissu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, fil-livell ta’ EUR 271.8 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
4 ta’ Awwissu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.8 biljun USD 0.6 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 1,099.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 68.1 biljun għal EUR 111.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 16-il biljun għal EUR 186.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 340.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 331.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.5 biljun għal EUR 1,312.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-5 ta’ Awwissu 2016 Differenza mqabbla mad-29 ta’ Lulju 2016 – xiri Differenza mqabbla mad-29 ta’ Lulju 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 187.4 biljun +EUR 0.7 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.4 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 15.0 biljun +EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 957.3 biljun +EUR 12.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 108.4 biljun - -EUR 1.4 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 55.2 biljun għal EUR 753.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u krediti f’deheb 413,141 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 308,432 873
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,249 −174
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
231,183 1,048
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,896 −261
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 16,602 −903
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,602 −903
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 527,084 −6,535
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 42,989 −6,604
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 483,982 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 113 69
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 93,110 −895
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 1,649,989 10,608
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,312,349 13,542
  7.2 Titoli oħra 337,640 −2,934
8 Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 218,408 −1,056
Assi Totali 3,286,139 1,830
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,099,228 2,254
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,094,442 64,751
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 753,675 55,248
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 340,750 9,505
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 17 −2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 3,640 −9
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro 208,939 −68,089
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 111,227 −68,129
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 97,712 39
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 83,824 858
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,166 93
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 7,896 505
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,896 505
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 204,760 1,467
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,834 0
Total tal-passiv 3,286,139 1,830

Kuntatti midja