Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta’ Lulju 2016

2 ta' Awissu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 271.8 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
28 ta' Lulju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 0.8 biljun

Din it-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 340.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3.5 biljun għal EUR 1,097 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 34 biljun għal EUR 179.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 7.6 biljun għal EUR 202.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 43.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 49.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 9.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 331.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 320.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.4 biljun għal EUR 1,298.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-29 ta’ Lulju 2016 Differenza mqabbla mat-22 ta’ Lulju 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-22 ta’ Lulju 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -EUR 1.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.5 biljun - - EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 186.6 biljun +EUR 1.0 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.4 biljun +EUR 0.3 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 13.2 biljun +EUR 1.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 944.9 biljun +EUR 16.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 109.8 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 33.5 biljun għal EUR 698.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u krediti f’deheb 413,141 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 307,558 −1,026
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,423 −159
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
230,135 −866
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,157 2,572
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 17,505 219
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,505 219
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 533,619 3,058
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 49,593 6,024
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 483,982 −2,817
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 44 −148
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 94,005 −406
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 1,639,382 15,665
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,298,808 17,388
  7.2 Titoli oħra 340,574 −1,723
8 Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 219,464 −1,612
Assi Totali 3,284,309 18,471
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,096,974 3,500
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,029,691 44,207
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 698,426 33,536
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 331,245 10,679
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 20 −7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 3,649 7
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro 277,028 −32,457
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 179,356 −33,961
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 97,673 1,504
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 82,965 3,942
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,073 44
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 7,391 985
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,391 985
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 203,294 −1,754
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,834 −2
Total tal-passiv 3,284,309 18,471

Kuntatti midja