Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-22 ta’ Lulju 2016

26 ta' Lulju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 271.2 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
21 ta’ Lulju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5 miljun -

Din it-tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 342.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 1,093.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 35.5 biljun għal EUR 213.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 14.0 biljun għal EUR 210.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 42.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 320.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 333.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.8 biljun għal EUR 1,281.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-22 ta’ Lulju 2016 Differenza mqabbla mal-15 ta’ Lulju 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-15 ta’ Lulju 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 17.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 186.0 biljun +EUR 0.9 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.3 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 11.8 biljun +EUR 1.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 928.4 biljun +EUR 17.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 109.8 biljun - -EUR 1.4 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 9.8 biljun għal EUR 664.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 413,140 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 308,584 2,674
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,583 −40
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
231,001 2,714
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,585 −3,344
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,286 −606
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,286 −606
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 530,560 1,278
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 43,569 1,103
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 486,799 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 192 175
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,411 −1,419
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,623,717 17,831
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,281,420 17,803
  7.2 Titoli oħra 342,297 28
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 221,076 248
Assi Totali 3,265,838 16,661
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,093,474 −330
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 985,484 −22,467
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 664,890 −9,755
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 320,566 −12,718
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27 6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,642 17
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 309,485 34,248
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 213,317 35,489
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 96,168 −1,242
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,024 6,227
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,029 −504
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,406 254
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,406 254
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 205,048 −785
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,836 0
Total tal-passiv 3,265,838 16,661

Kuntatti midja