Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-15 ta’ Lulju 2016

19 ta' Lulju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset bi EUR 3.4 biljun għal EUR 271.7 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
14 ta’ Lulju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 2,000 miljun USD 5 miljun

Din it-tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti tas-swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu bi EUR 3.0 biljun għal EUR 342.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 1,093.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 37.0 biljun għal EUR 177.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.9 biljun għal EUR 196.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 44.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 42.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 333.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 342.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.9 biljun għal EUR 1,263.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-15 ta’ Lulju 2016 Differenza mqabbla mat-8 ta’ Lulju 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-8 ta’ Lulju 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 17.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 185.5 biljun +EUR 1.4 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.4 biljun +EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 10.4 biljun +EUR 2.0 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 911.0 biljun +EUR 16.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.2 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 13.9 biljun għal EUR 674.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 413,140 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 305,910 −1,849
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,622 −19
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
228,288 −1,830
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,930 −778
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,893 −536
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,893 −536
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 529,283 −1,941
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 42,467 −1,622
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 486,799 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 17 −319
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,830 516
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,605,886 16,904
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,263,617 19,919
  7.2 Titoli oħra 342,269 −3,015
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 220,829 −1,058
Assi Totali 3,249,177 11,258
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,093,804 1,736
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,007,951 −22,730
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 674,645 −13,853
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 333,284 −8,840
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 21 −37
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,626 −7
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 275,238 38,092
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 177,828 36,975
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 97,410 1,116
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,797 −6,436
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,533 170
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,152 648
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,152 648
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 205,833 −215
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,836 0
Total tal-passiv 3,249,177 11,258
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja