Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Lulju 2016

12 ta' Lulju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 275.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
7 ta' Lulju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.5 biljun USD 2 biljuni

Din it-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 345.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3.5 biljun għal EUR 1,092.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 13.4 biljun għal EUR 140.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 20.6 biljun għal EUR 189 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 53.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 44.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 342.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 330.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 1,243.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-8 ta’ Lulju 2016 Differenza mqabbla mal-1 ta’ Lulju 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-1 ta’ Lulju 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 17.5 biljun - -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.6 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 184.1 biljun +EUR 0.7 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.2 biljun +EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 8.5 biljun +EUR 1.7 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 894.6 biljun +EUR 16.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 111.2 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 4.5 biljun għal EUR 688.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 413,140 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 307,759 −1,194
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,642 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
230,117 −1,194
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 34,708 1,534
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,429 104
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,429 104
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 531,224 −8,809
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 44,089 −8,965
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 486,799 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 336 156
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,314 −1,222
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,588,982 15,559
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,243,698 18,119
  7.2 Titoli oħra 345,284 −2,559
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 −57
9 Assi oħra 221,887 −615
Assi Totali 3,237,920 5,302
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,092,067 3,524
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,030,681 7,278
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 688,498 −4,549
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 342,124 11,779
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 59 47
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,632 −133
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 237,146 −14,059
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 140,852 −13,356
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 96,294 −703
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,233 8,368
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,362 347
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,504 264
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,504 264
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 206,048 −288
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,836 0
Total tal-passiv 3,237,920 5,302

Kuntatti midja