Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-1 ta’ Lulju 2016

6 ta' Lulju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Lulju 2016 iż-żieda ta’ EUR 35.9 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali kif ukoll għall-bejgħ ta’ EUR 76 miljun deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 10.9 biljun għal EUR 275.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
30 ta’ Ġunju 2016 Tranżazzjonijiet irriversjati ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 1,519-il miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 347.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 6.4 biljun għal EUR 1,088.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 78.7 biljun għal EUR 154.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.4 biljun għal EUR 209.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 53.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 10.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.7 biljun. Barra dan, l-ammont ta’ EUR 367.9 biljun ipprovdut fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I) ġie rimborżat qabel id-data tal-maturità u ġiet konkluża operazzjoni ġdida ta’ EUR 6.7 biljun, b’maturità ta’ 819-il jum. Barra minn hekk, ġiet konkluża l-ewwel offerta ta’ EUR 399.3 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 330.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 297.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.7 biljun għal EUR 1,225.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-1 ta’ Lulju 2016 Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – fidi Differenza mqabbla mal-24 ta’ Ġunju 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 17.9 biljun - -EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.7 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 183.6 biljun +EUR 1.2 biljun -EUR 0.1 biljun -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.9 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 6.8 biljun +EUR 1.9 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 878.5 biljun +EUR 12.8 biljun - -EUR 3.1 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.2 biljun - - +EUR 0.3 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 80.0 biljun għal EUR 693.0 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,187.349 kull uqija fina

USD: 1.1102 kull EUR

JPY: 114.05 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2579 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 413,139 −76 35,937
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 308,953 1,202 8,133
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,641 −232 1,322
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
231,312 1,433 6,811
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,174 1,918 1,178
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,324 51 −14
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,324 51 −14
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 540,033 38,846 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 53,054 3,171 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 486,799 35,622 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 180 54 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 96,536 −7,013 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,573,422 15,895 −1,466
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,225,579 15,974 −3,337
  7.2 Titoli oħra 347,843 −79 1,871
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,535 −470 21
9 Assi oħra 222,501 1,199 6,181
Assi Totali 3,232,618 51,553 49,970
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,088,543 6,368 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,023,403 112,453 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 693,047 79,988 0
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 330,345 32,713 0
  2.3 Depożiti fissi 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 11 −248 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,765 −12 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 251,205 −81,093 0
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 154,208 −78,748 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 96,996 −2,345 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 70,866 14,305 4
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,015 −171 50
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,240 608 131
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,240 608 131
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0 944
10 Passiv ieħor 206,336 −905 3,912
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0 44,929
12 Kapitali u riżervi 100,836 0 0
Total tal-passiv 3,232,618 51,553 49,970

Kuntatti midja