Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-17 ta’ Ġunju 2016

21 ta' Ġunju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Ġunju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 263.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
16 ta’ Ġunju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5 miljun -

Din it-tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 345.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,081.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 65.9 biljun għal EUR 183.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 17.4 biljun għal EUR 179.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 50.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 49.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 321.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 340.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 20.2 biljun għal EUR 1,191.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-17 ta’ Ġunju 2016

Differenza mqabbla

mal-10 ta’ Ġunju 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-10 ta’ Ġunju 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 18.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.8 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 181.1 biljun +EUR 1.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.6 biljun +EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 2.2 biljun +EUR 1.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 851.7 biljun +EUR 16.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 32.6 biljun għal EUR 611.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 377,277 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 297,983 −2,017
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,572 −1
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
221,411 −2,016
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,081 818
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,759 −1,019
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,759 −1,019
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 500,395 −1,728
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 49,140 −1,708
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 451,177 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 78 −20
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,722 292
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,537,007 19,681
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,191,446 20,184
  7.2 Titoli oħra 345,561 −503
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,984 0
9 Assi oħra 213,379 −305
Assi Totali 3,109,588 15,723
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,081,683 −72
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 932,612 −51,726
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 611,199 −32,630
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 321,203 −19,063
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 210 −34
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,984 95
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 287,398 66,460
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 183,740 65,891
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 103,657 569
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,675 1,480
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,926 −420
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,006 −972
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,006 −972
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 0
10 Passiv ieħor 203,755 857
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0
12 Kapitali u riżervi 99,014 21
Total tal-passiv 3,109,588 15,723

Kuntatti midja