Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-6 ta’ Mejju 2016

10 ta' Mejju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Mejju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 262.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Mejju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1,200 miljun -

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 347.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 1,077.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 30.7 biljun għal EUR 85.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.6 biljun għal EUR 196.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 56.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 53.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 315.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 304.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.7 biljun għal EUR 1,077.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-6 ta’ Mejju 2016 Differenza mqabbla mad-29 ta’ April 2016 – xiri Differenza mqabbla mad-29 ta’ April 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 8.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 174.0 biljun +EUR 1.7 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 18.9 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 746.3 biljun +EUR 19.8 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.0 biljun - -EUR 3.7 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 38.9 biljun għal EUR 633.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 377,305 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 298,159 1,617
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,016 −160
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
221,144 1,777
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,959 −3,358
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,515 −441
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,515 −441
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 512,369 −2,561
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 53,549 −2,708
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 458,532 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 288 146
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,556 3,092
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,425,410 19,076
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,077,704 17,677
  7.2 Titoli oħra 347,706 1,398
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,979 0
9 Assi oħra 213,538 −393
Assi Totali 3,017,789 17,030
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,077,665 4,075
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 949,240 49,920
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 633,412 38,864
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 315,621 11,059
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 207 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,848 6
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 181,981 −28,885
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 85,051 −30,728
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 96,929 1,843
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,990 −10,363
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,778 −1,238
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,203 −131
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,203 −131
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 0
10 Passiv ieħor 208,529 3,346
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0
12 Kapitali u riżervi 99,022 300
Total tal-passiv 3,017,789 17,030

Kuntatti midja