Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-15 ta’ April 2016

19 ta' April 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ April 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.1 biljun għal EUR 261.8 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
14 ta’ April 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 45 miljun USD 33 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 349.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,068.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 27.4 biljun għal EUR 138.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 8.6 biljun għal EUR 237.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ April 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 56.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 55.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 281.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 290.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 16.1 biljun għal EUR 1,022.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-15 ta’ April 2016 Differenza mqabbla mat-8 ta’ April 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-8 ta’ April 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 8.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 169.3 biljun +EUR 2.4 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.2 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 689.1 biljun +EUR 18.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 117.1 biljun - -EUR 4.5 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 9.1 biljun għal EUR 584.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 377,304 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 295,455 −616
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,423 −3
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
218,033 −614
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,666 1,216
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,483 −949
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,483 −949
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 518,966 −91
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 55,708 −305
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,706 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 553 214
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 109,998 −1,323
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,371,267 14,921
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,022,251 16,142
  7.2 Titoli oħra 349,016 −1,221
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,985 0
9 Assi oħra 215,982 −186
Assi Totali 2,966,107 12,971
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,068,817 −876
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 865,800 −17,832
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 584,318 −9,093
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 281,235 −8,731
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 246 −8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,107 −61
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 231,085 29,422
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 138,447 27,387
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 92,638 2,035
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 51,911 4,356
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,811 −452
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,003 −45
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,003 −45
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 0
10 Passiv ieħor 204,371 −1,541
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0
12 Kapitali u riżervi 98,666 0
Total tal-passiv 2,966,107 12,971

Kuntatti midja