Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-1 ta’ April 2016

6 ta' April 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ April 2016 iż-żieda ta’ EUR 38.6 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 7.5 biljun għal EUR 261.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
31 ta’ Marzu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 48 miljun USD 45 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 350.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 1,071.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 50.1 biljun għal EUR 129.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 35.8 biljun għal EUR 256.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Marzu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 60.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 62.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 11.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 10.3 biljun. Barra minn hekk, ġiet konkluża operazzjoni speċifika ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO) ta’ EUR 7.3 biljun b’maturità ta’ 910 jum.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 268.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 225.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 8.4 biljun għal EUR 986.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-1 ta’ April 2016 Differenza mqabbla mal-25 ta’ Marzu 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-25 ta’ Marzu 2016 – fidi Differenza mqabbla mal-25 ta’ Marzu 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.1 biljun - -EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 8.6 biljun - -EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 165.8 biljun +EUR 0.8 biljun -EUR 0.2 biljun -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.0 biljun - -EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 652.0 biljun +EUR 11.3 biljun - -EUR 2.6 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 121.6 biljun - - +EUR 0.3 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 32.4 biljun għal EUR 575.6 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,084.102 kull uqija fina

USD: 1.1385 kull EUR

JPY: 127.90 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2376 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 377,304 0 38,591
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 297,521 −2,187 −9,463
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,426 149 −2,375
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
220,095 −2,336 −7,088
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,194 2,212 −899
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,942 −909 5
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,942 −909 5
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,054 7,685 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 62,319 1,745 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,731 5,986 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 5 −46 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,232 −899 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,336,866 11,286 −2,227
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 986,154 11,189 −2,777
  7.2 Titoli oħra 350,713 97 549
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,985 0 −80
9 Assi oħra 216,662 1,747 −795
Assi Totali 2,941,761 18,934 25,131
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,071,004 −2,289 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 844,222 75,807 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 575,572 32,355 0
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 268,396 43,257 0
  2.3 Depożiti fissi 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 254 196 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,222 −156 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 220,502 −49,349 0
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 129,651 −50,099 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 90,851 749 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 53,184 −3,459 −58
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,473 51 −213
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,591 −898 −170
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 3,591 −898 −170
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 122 −1,759
10 Passiv ieħor 208,362 −1,075 −2,490
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0 29,822
12 Kapitali u riżervi 98,666 181 0
Total tal-passiv 2,941,761 18,934 25,131

Kuntatti midja