Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-19 ta’ Frar 2016

23 ta' Frar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Frar 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 268.7 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta’ Frar 2016  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 98 miljun USD 88 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 352.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 1,061.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 47.1 biljun għal EUR 153.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 2.1 biljun għal EUR 303.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 60.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 61.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 223.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 219.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.7 biljun għal EUR 907.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-19 ta’ Frar 2016 Differenza mqabbla mat-12 ta’ Frar 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-12 ta’ Frar 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 156.2 biljun +EUR 1.0 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 18.7 biljun +EUR 0.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 582.6 biljun +EUR 12.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 121.3 biljun - -EUR 0.7 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 32.9 biljun għal EUR 529.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 305,145 654
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,130 −504
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
227,015 1,158
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,022 −969
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,254 −1,077
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,254 −1,077
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 526,731 1,627
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 61,798 1,598
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 464,880 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 53 29
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,244 −1,629
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,259,958 13,897
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 907,625 13,728
  7.2 Titoli oħra 352,333 169
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,065 0
9 Assi oħra 213,442 −2,531
Assi Totali 2,837,575 9,971
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,061,631 −2,479
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 752,886 −29,180
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 529,353 −32,943
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 223,432 3,759
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 102 4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,813 −37
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 243,730 47,640
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 153,039 47,100
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 90,691 539
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,878 −2,447
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,859 224
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,458 137
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,458 137
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 212,778 −3,884
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 98,190 −3
Total tal-passiv 2,837,575 9,971

Kuntatti midja