Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Frar 2016

16 ta' Frar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Frar 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 269.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
11 ta’ Frar 2016  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 90 miljun USD 98 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 352.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,064.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 15.9 biljun għal EUR 105.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 11.9 biljun għal EUR 305.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 61.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 60.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 0.1 biljun minn operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ qrib żero filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 219.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 232.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.0 biljun għal EUR 893.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-12 ta’ Frar 2016 Differenza mqabbla mal-5 ta’ Frar 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-5 ta’ Frar 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.1 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 155.1 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 17.8 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 570.0 biljun +EUR 12.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 122.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 7.1 biljun għal EUR 562.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 304,491 −290
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,634 −659
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
225,857 369
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,992 127
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,331 −410
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,331 −410
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,104 −1,123
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 60,200 −1,027
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 464,880 −100
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 24 4
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 115,873 2,689
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,246,061 14,440
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 893,897 15,026
  7.2 Titoli oħra 352,164 −586
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,065 0
9 Assi oħra 215,973 259
Assi Totali 2,827,603 15,690
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,064,110 −869
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 782,066 −5,941
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 562,296 7,123
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 219,673 −13,067
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 97 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,851 −117
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 196,090 15,282
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 105,939 15,949
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 90,152 −667
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,326 5,812
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,635 −1,156
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,321 480
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,321 480
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 216,661 1,745
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 98,192 456
Total tal-passiv 2,827,603 15,690

Kuntatti midja