Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta’ Jannar 2016

2 ta' Frar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Jannar 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 270.7 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
28 ta’ Jannar 2016  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 102 miljun USD 90 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 353.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 1,062.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 9.5 biljun għal EUR 107.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 15.0 biljun għal EUR 312.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 65.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 69.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 18.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 221.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 207.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.7 biljun għal EUR 864.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-29 ta’ Jannar 2016 Differenza mqabbla mat-22 ta’ Jannar 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-22 ta’ Jannar 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.8 biljun - -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 150.5 biljun +EUR 2.0 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 17.6 biljun +EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 544.2 biljun +EUR 14.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.9 biljun għal EUR 556.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 305,491 −2,480
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,501 109
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
224,990 −2,589
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,281 1,442
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,380 773
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,380 773
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 534,037 −725
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 68,964 3,767
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 464,980 −4,564
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 94 72
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,141 −510
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,218,149 16,057
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 864,341 17,616
  7.2 Titoli oħra 353,808 −1,559
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,145 0
9 Assi oħra 216,993 −753
Assi Totali 2,808,331 13,804
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,062,611 1,109
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 778,386 21,228
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 556,472 6,904
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 221,820 14,399
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 95 −75
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,082 13
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 195,818 −9,041
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 107,932 −9,492
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 87,886 451
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,489 1,369
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,808 −490
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,056 −605
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 3,056 −605
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 214,095 220
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 97,635 0
Total tal-passiv 2,808,331 13,804
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja