European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Jannar 2016

12 ta' Jannar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Jannar 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.7 biljun għal EUR 270.9 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
7 ta’ Jannar 2016   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 21 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 925 miljun -
7 ta’ Jannar 2016  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 117-il miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 356.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 9.7 biljun għal EUR 1,073.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 8.2 biljun għal EUR 67.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 16.5 biljun għal EUR 329.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 89.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 70.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 210.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 212.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 812.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-8 ta’ Jannar 2016 Differenza mqabbla mal-1 ta’ Jannar 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-1 ta’ Jannar 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.7 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 143.9 biljun +EUR 0.6 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 15.3 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 499.9 biljun +EUR 8.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 7.6 biljun għal EUR 563.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 308,782 1,666
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,368 −16
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
228,414 1,682
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,220 −1,889
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,904 −338
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,904 −338
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 540,177 −18,812
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 70,632 −18,347
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 469,543 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2 −466
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,587 2,724
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,169,112 7,953
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 812,441 9,305
  7.2 Titoli oħra 356,671 −1,352
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,145 0
9 Assi oħra 225,250 −5,560
Assi Totali 2,766,889 −14,256
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,073,862 −9,677
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 773,697 5,278
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 563,436 7,572
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 210,126 −2,290
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 136 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,903 −300
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 149,438 7,633
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,466 8,171
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 81,973 −537
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,904 −15,625
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,811 7
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,104 1,427
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,104 1,427
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 215,616 −3,002
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 97,204 3
Total tal-passiv 2,766,889 −14,256
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja