Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2016

6 ta' Jannar 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Jannar 2016 it-tnaqqis ta’ EUR 10.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 7.3 biljun għal EUR 272.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 358.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,083.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 10.8 biljun għal EUR 59.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 18.9 biljun għal EUR 346.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 72.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 212.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 177.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 803.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-1 ta’ Jannar 2016 Differenza mqabbla mal-25 ta’ Diċembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-25 ta’ Diċembru 2015 – fidi Differenza mqabbla mal-25 ta’ Diċembru 2015 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.6 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.7 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 143.3 biljun - - -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 15.3 biljun - -EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 491.2 biljun - - -EUR 1.8 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - - +EUR 0.3 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 24.0 biljun għal EUR 555.9 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2015 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 973.225 kull uqija fina

USD: 1.0887 kull EUR

JPY: 131.07 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2728 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0 −10,138
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 307,115 3,129 5,799
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,384 −2 1,302
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
226,732 3,131 4,497
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,109 −2,166 1,063
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,242 −177 −49
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,242 −177 −49
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 558,989 16,501 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 88,978 16,070 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 469,543 0 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 468 431 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,863 −3,926 22
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,161,159 −201 −1,986
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 803,135 −106 −2,040
  7.2 Titoli oħra 358,023 −96 54
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,145 −2 −5
9 Assi oħra 230,810 888 4,577
Assi Totali 2,781,145 14,046 −716
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,083,539 144 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 768,419 11,365 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 555,864 −23,996 0
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 212,415 35,361 0
  2.3 Depożiti fissi 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 140 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,202 104 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 141,805 −10,422 −1
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,295 −10,796 −1
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 82,510 374 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 54,529 13,718 −21
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,803 −25 67
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,677 −634 174
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 3,677 −634 174
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0 968
10 Passiv ieħor 218,618 −205 2,658
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0 −4,562
12 Kapitali u riżervi 97,201 0 0
Total tal-passiv 2,781,145 14,046 −716

Kuntatti midja