Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Novembru 2015

17 ta' Novembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Novembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 263.3 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
13 ta’ Novembru 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 141 miljun USD 148 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 358.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,055.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 16.7 biljun għal EUR 81.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 0.5 biljun għal EUR 337.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 61.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 62.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ qrib żero filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 187.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 187.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 721.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-13 ta’ Novembru 2015 Differenza mqabbla mas-6 ta’ Novembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-6 ta’ Novembru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 134.1 biljun +EUR 1.6 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 14.8 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 419.1 biljun +EUR 12.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.8 biljun għal EUR 488.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 348,850 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 290,627 2,259
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,604 48
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
212,023 2,211
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,285 −1,942
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,447 −226
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,447 −226
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,286 1,076
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 62,532 1,064
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,721 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 33 12
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 135,362 451
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,080,171 14,602
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 721,944 14,249
  7.2 Titoli oħra 358,227 354
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,152 0
9 Assi oħra 216,193 −2,750
Assi Totali 2,682,374 13,471
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,055,563 125
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 675,951 −3,179
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 488,184 −3,805
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 187,599 616
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 167 10
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,982 −110
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 172,442 18,109
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 81,619 16,692
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 90,823 1,417
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,349 −109
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,976 −81
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,427 −184
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,427 −184
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0
10 Passiv ieħor 216,546 −1,100
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0
12 Kapitali u riżervi 97,201 0
Total tal-passiv 2,682,374 13,471

Kuntatti midja