Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema fil-5 ta’ Ġunju 2015

9 ta' Ġunju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Ġunju 2015, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 271.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 373.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 1,035 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 82.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 10.7 biljun għal EUR 385.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita 5.1) ta’ EUR 100.1 biljun u ġiet saldata waħda ġdida ta’ EUR 92.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

L-użu tal- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) ammonta għal EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li l-użu tal- faċilità tad-depożitu (il-partita tal-passiv 2.2) ammonta għal EUR 102.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 98.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.4 biljun għal EUR 428.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-5 ta’ Ġunju 2015 Differenza mqabbla mad-29 ta’ Mejju 2015 – xiri Differenza mqabbla mad-29 ta’ Mejju 2015 – fidwiet
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 87.3 biljun + EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 7.5 biljun + EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 159.6 biljun + EUR 12.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 138.1 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita tal-passiv 2.1) żdiedet bi EUR 6.6 biljun għal EUR 322.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 302,526 −169
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,291 −1
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
220,235 −168
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,572 −10
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,523 −134
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,523 −134
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 487,989 −7,559
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 92,519 −7,585
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,367 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 103 26
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 135,060 3,477
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 802,812 15,859
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 428,880 15,372
  7.2 Titoli oħra 373,931 487
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,742 0
9 Assi oħra 229,136 195
Assi Totali 2,428,326 11,660
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,035,043 3,026
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 424,845 9,722
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 322,775 6,559
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 102,065 3,164
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,322 83
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 146,127 −1,261
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 82,851 99
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 63,277 −1,360
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,647 1,994
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,142 −185
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,584 −251
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,584 −251
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 215,889 −2,218
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,773 751
Total tal-passiv 2,428,326 11,660
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja