Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-9 ta’ Jannar 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Jannar 2015 iż-żieda ta’ EUR €52 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta l-aktar għax-xiri ta’ deheb minn Lietuvos bankas sabiex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu għall-assi f’riżervi barranin tal-BĊE skont l-Artikolu 30.1 u l-Artikolu 48.1 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.3 biljun għal EUR 241.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 374.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 10.2 biljun għal EUR 1,006.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13-il biljun għal EUR 56.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 56.2 biljun għal EUR 511.9 biljun. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 156.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 112.3 biljun b’maturità ta’ tmint ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 73.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 61.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 218.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fid-9 ta’ Jannar 2015 | Differenza mqabbla mat-2 ta’ Jannar 2015 – xiri | Differenza mqabbla mat-2 ta’ Jannar 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 28.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 31.3 biljun | EUR 1.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 1.8 biljun | - | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 144.3 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 60.5 biljun għal EUR 242.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,866 | 52 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 272,618 | −880 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,463 | 1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
191,154 | −881 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,597 | 3,886 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,377 | 720 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,377 | 720 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 585,645 | −44,096 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 112,335 | −43,794 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 473,285 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | −323 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 24 | 21 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 58,370 | −2,030 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 593,205 | 791 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 218,949 | 1,706 | |
7.2 | Titoli oħra | 374,257 | −915 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,715 | 0 | |
9 | Assi oħra | 235,428 | −5,616 | |
Assi Totali | 2,168,821 | −47,173 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,006,862 | −10,212 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 316,096 | −48,398 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 242,351 | −60,462 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 73,702 | 12,022 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 44 | 43 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,269 | 19 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 84,915 | 13,025 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 56,941 | 13,049 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 27,974 | −24 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 50,793 | 3,855 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,432 | 1,166 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,032 | −445 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,032 | −445 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 214,495 | −6,414 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 94,655 | 230 | |
Total tal-passiv | 2,168,821 | −47,173 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja