Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ Novembru 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Novembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 227.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 365 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 976.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 9.2 biljun għal EUR 67.5 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 10.3 biljun għal EUR 471.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 98.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 98.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 6.4 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 25.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 42 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 198 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fl-14 ta’ Novembru 2014 | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 29.9 biljun | - | EUR 0.5 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 13.1 biljun | - | EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 10.5 biljun | EUR 3.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 144.6 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 3.9 biljun għal EUR 187 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,532 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 263,159 | 1,781 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,806 | −100 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
179,353 | 1,881 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,020 | −57 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,608 | 461 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,608 | 461 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 496,721 | −6,095 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 98,421 | 231 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 398,190 | −6,432 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 110 | 106 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 56,042 | −1,652 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 563,038 | 2,490 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 198,048 | 2,486 | |
7.2 | Titoli oħra | 364,989 | 4 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,727 | 0 | |
9 | Assi oħra | 237,308 | 1,491 | |
Assi Totali | 2,028,156 | −1,580 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 976,902 | −295 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 212,688 | −12,493 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 187,042 | 3,911 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 25,627 | −16,405 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 19 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,521 | 121 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 103,366 | 9,628 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 67,472 | 9,223 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 35,894 | 405 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 39,659 | −818 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,115 | −175 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,682 | 1,339 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,682 | 1,339 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,494 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 216,880 | 1,113 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 315,537 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,313 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,028,156 | −1,580 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja