Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta' April 2014

29 ta' April 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ April 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 210.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
24 ta' April 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.2 biljun USD 0.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 362 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 946.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b'EUR 27.4 biljun għal EUR 91.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 5.5 biljun għal EUR 447.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 23 ta’ April 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 112.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 121.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 153.4 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 166.8 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 7.5 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 24 biljun (imqabbel ma’ EUR 30.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu l-istess. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ April 2014 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 172.5 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 37.8 biljun u EUR 14.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 36.8 biljun għal EUR 166.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,547 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,198 1,090
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,751 807
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,447 283
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,802 −34
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,416 1,076
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,416 1,076
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 638,141 1,832
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 121,816 9,650
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 516,306 −7,536
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 18 −283
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 60,051 −3,547
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 586,687 −1,630
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 224,668 0
7.2 Titoli oħra 362,019 −1,630
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,219 0
9 Assi oħra 242,002 2,473
Assi Totali 2,169,061 1,261
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 946,353 −5,581
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 356,899 −29,498
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 166,145 −36,799
2.2 Faċilità ta’ depożitu 23,974 −6,084
2.3 Depożiti fissi 166,780 13,416
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 −31
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,013 −44
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,189 30,498
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 91,136 27,438
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 38,052 3,060
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,490 2,203
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,432 130
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,533 120
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,533 120
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 211,432 3,433
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 92,978 0
Total tal-passiv 2,169,061 1,261
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja