Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-31 ta' Diċembru 2013

8 ta' Jannar 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-perijodu bejn is-27 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tnaqqis ta’ EUR 41 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 6 biljun għal EUR 201.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv u għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 3.2 biljun għal EUR 353.9 biljun. Il- karti tal-flus fic-cirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.1 biljun ghal EUR 956.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 9.1 biljun għal EUR 65.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 44.2 biljun għal EUR 561.7 biljun. Nhar it-Tnejn, it-30 ta’ Diċembru 2013, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 133.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 168.7 biljun, b’maturità ta’ disat ijiem. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 139.9 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 104.8 biljun, b’maturità ta’ disat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 85.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 59.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L- investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu ftit b’EUR 0.5 biljun għal EUR 235.9 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-perijodu mis-27 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 178.8 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 41.6 biljun u EUR 15.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taz-zona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 38.5 biljun għal EUR 282.6 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema huma rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2013 jidher fil-kolonna supplimentari " Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 871.22 kull uqija fina

USD: 1.3791 kull EUR

JPY: 144.72 kull EUR

Drittijiet specjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1183 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 302,940 0 −40,980
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 239,289 141 −6,505
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,536 0 −1,316
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
157,753 141 −5,189
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,472 72 −564
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,077 608 −48
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,077 608 −48
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 752,288 35,146 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 168,662 35,077 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 583,325 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 301 69 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,847 −138 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 589,806 305 3,451
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 235,929 0 517
7.2 Titoli oħra 353,877 305 2,934
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,287 −2 −37
9 Assi oħra 245,046 −1,368 −428
Assi Totali 2,275,053 34,765 −45,112
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 956,185 −2,080 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 473,155 29,423 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 282,578 38,496 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 85,658 26,030 0
2.3 Depożiti fissi 104,842 −35,078 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 77 −25 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,014 −1,190 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,109 8,767 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 65,872 9,112 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 25,237 −345 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 115,392 193 −10
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,602 229 −61
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,998 −81 −114
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 2,998 −81 −114
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,717 0 −848
10 Passiv ieħor 222,714 −497 −2,289
11 Kont tar-rivalutazzjoni 262,745 0 −41,789
12 Kapitali u riżervi 90,420 0 0
Total tal-passiv 2,275,053 34,765 −45,112
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja