Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tad-29 ta’ Marzu 2013

4 ta' April 2013

Partiti li mhumiex marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Marzu 2013 it-tnaqqis ta’ EUR 3.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 3.8 biljun għal EUR 221.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat kif ukoll għall-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
28 ta’ Marzu 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.5 biljun
28 ta’ Marzu 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.9 biljun USD 0.5 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu bi EUR 11.5 biljun għal EUR 348.7 biljun, l-aktar minħabba l-akkwist ta’ titoli bi skambju għall-kollateral li ġie approprjat qabel minn wieħed mill-banek ċentrali nazzjonali (ara wkoll l-istqarrija għall-istampa li ħarġet mar-Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Frar 2013). Ir-realizzazzjoni tal-kollateral wasslet għal tnaqqis simultanju fl- assi oħra (il-partita 9 tal-attiv).

Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 11.8 biljun għal EUR 896.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 96.3 biljun.

Partiti marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 20.1 biljun għal EUR 553 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 123.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 15-il biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 9.1 biljun, filwaqt li tħallsu EUR 1.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 144.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 126.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu ftit b’EUR 0.2 biljun għal EUR 269.3 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Marzu 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.9 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 47.3 biljun u EUR 16.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 32.4 biljun għal EUR 319.3 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Marzu 2013 jidher fil-kolonna supplimentari "Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,251.464 kull uqija fina

USD: 1.2805 kull EUR

JPY: 120.87 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR): EUR 1.1698 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 435,316 0 −3,376
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 254,369 −590 3,374
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 87,121 374 283
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,248 −964 3,092
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,563 910 647
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,101 −848 −50
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,101 −848 −50
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 903,619 −2,625 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 123,239 3,865 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 778,872 −7,785 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,507 1,295 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 88,538 8,509 1
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 618,064 10,971 729
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 269,340 −318 567
7.2 Titoli oħra 348,724 11,290 163
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,894 0 −17
9 Assi oħra 264,663 −18,435 6,225
Assi Totali 2,648,126 −2,107 7,533
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 896,357 11,822 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 669,859 −14,969 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 319,275 −32,398 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 144,648 17,893 0
2.3 Depożiti fissi 205,500 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 437 −463 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,532 626 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,596 6,421 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 96,251 4,385 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 24,346 2,037 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 157,652 −4,364 15
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,082 1,213 95
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,270 −1,062 153
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,270 −1,062 153
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,145 0 193
10 Passiv ieħor 237,078 −2,147 7,480
11 Kont tar-rivalutazzjoni 406,639 0 −740
12 Kapitali u riżervi 88,917 352 337
Total tal-passiv 2,648,126 −2,107 7,533
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja