Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ Jannar 2013

22 ta' Jannar 2013

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Jannar 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 219.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Jannar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.1 biljun USD 0.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 306.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 887 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 13.3 biljun għal EUR 83.9 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 76.1 biljun għal EUR 757.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 77.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 131.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 208.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Fis-16 ta’ Jannar 2013 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 15.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 10.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 196.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 222.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 276.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Jannar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.7 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 51.1 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 32.3 biljun għal EUR 540 biljun.

Affarijiet oħra

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Jannar 2013 numru ta’ kontropartijiet reġa’ beda jkollhom aċċess għall-operazzjonijiet regolari tal-politika monetarja. B’hekk ir-rikors totali għall-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza naqas billi dawn il-kontropartijiet setgħu jerġgħu jagħmlu l-offerti tagħhom fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li ġiet konkluża fis-16 ta’ Jannar 2013. Dan l-iżvilupp fil-biċċa l-kbira jagħti spjegazzjoni għaż-żieda fis- self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati fl-euro (il-partita 5 tal-attiv) kif ukoll għat-tnaqqis fil- klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv).

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 438,687 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 256,361 5,059
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 87,675 705
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
168,685 4,353
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,538 150
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,357 643
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,357 643
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,163,204 49,558
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 131,242 53,517
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,030,929 −4,840
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,032 881
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 138,027 −62,087
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 582,638 −2,964
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 276,160 −439
7.2 Titoli oħra 306,478 −2,526
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,961 0
9 Assi oħra 279,438 −680
Assi Totali 2,942,211 −10,321
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 887,004 −6,628
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 945,285 5,745
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 540,018 32,335
2.2 Faċilità ta’ depożitu 196,399 −26,208
2.3 Depożiti fissi 208,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 367 −381
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,118 −412
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,201 −17,663
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 83,851 −13,272
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 33,350 −4,392
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 186,441 6,170
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 8,791 5,198
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,990 −750
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,990 −750
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,952 0
10 Passiv ieħor 238,444 −1,896
11 Kont tar-rivalutazzjoni 407,377 0
12 Kapitali u riżervi 85,608 −85
Total tal-passiv 2,942,211 −10,321
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja