Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Novembru 2012

20 ta' Novembru 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta' Novembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 229 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta' Novembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.2 biljun USD 3.3 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 309.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 888.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.8 biljun għal EUR 97.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 30.3 biljun għal EUR 698.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta' Novembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 79.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 75.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 12.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 15.9 biljun, waqt li EUR 3.5 biljun tħallsu qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 215.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 248.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 278 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta' Novembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.5 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 53 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 24.5 biljun għal EUR 558.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 479,109 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 258,970 2,094
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 89,571 −276
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
169,400 2,370
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 37,191 −133
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,801 503
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,801 503
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,124,344 −3,510
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 75,214 −4,259
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,047,294 −203
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,822 940
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 14 12
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 235,483 2,186
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 587,118 −2,298
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 277,960 −205
7.2 Titoli oħra 309,158 −2,093
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,011 0
9 Assi oħra 273,278 3,591
Assi Totali 3,041,305 2,434
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 888,282 −2,028
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 984,633 −9,339
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 558,511 24,513
2.2 Faċilità ta’ depożitu 215,900 −32,610
2.3 Depożiti fissi 208,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,722 −1,243
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,793 −40
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 148,236 8,677
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 97,587 10,786
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 50,649 −2,109
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 172,713 2,530
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,167 3,043
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,785 −1,132
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,785 −1,132
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,243 0
10 Passiv ieħor 235,078 722
11 Kont tar-rivalutazzjoni 452,824 0
12 Kapitali u riżervi 85,552 0
Total tal-passiv 3,041,305 2,434
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja