Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Mejju 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Mejju 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 224.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
3 ta’ Mejju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.1 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 325.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 876.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 21.4 biljun għal EUR 108.5 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 30 biljun għal EUR 101.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 46.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 34.4 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont. Matul il-ġimgħa tħallsu b’kemm jiswew EUR 10.8 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel immaturaw.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 801.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 794 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 281.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamel tajjeb għat-titoli mifdija akkwistati skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Mejju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 214.2 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.6 biljun u EUR 11-il biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.6 biljun għal EUR 96.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 432,705 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 241,977 | 738 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 85,968 | −218 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
156,010 | 956 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 51,965 | −485 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,108 | −163 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,108 | −163 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,117,090 | −22,282 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 34,420 | −11,949 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,081,584 | −10,800 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,086 | 468 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 204,691 | 19,952 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 607,223 | −1,065 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 281,749 | 120 | |
7.2 | Titoli oħra | 325,473 | −1,184 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,589 | −542 | |
9 | Assi oħra | 253,970 | 2,060 | |
Assi Totali | 2,960,317 | −1,786 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 876,143 | 3,454 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,112,812 | 13,347 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 96,860 | 5,606 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 801,489 | 7,530 | |
2.3 | Depożiti fissi | 214,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 463 | 210 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,322 | −80 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 119,887 | −20,722 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 108,464 | −21,407 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,423 | 684 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,540 | 1,140 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,638 | −521 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,032 | 1,346 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,032 | 1,346 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,716 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 217,237 | 238 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 399,445 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,545 | 13 | |
Total tal-passiv | 2,960,317 | −1,786 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja