Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Settembru 2011

13 ta' Settembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Settembru 2011 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 176.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 336.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 853.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 45.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 55 biljun għal EUR 191.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 121.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 115.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 115.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 129 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 181.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 151.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 13.9 biljun għal EUR 202.4 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tal-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tat-titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 142.9 biljun u EUR 59.6 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 40.5 biljun għal EUR 139.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,249 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 214,335 49
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,640 681
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
137,695 −632
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,084 682
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,778 909
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,778 909
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 507,519 −6,252
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 115,408 −6,261
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 392,055 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 20 6
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 36 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,024 −2,040
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 539,218 16,184
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 202,424 13,860
7.2 Titoli oħra 336,794 2,324
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 331,212 3,709
Assi Totali 2,086,364 13,242
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 853,226 251
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 455,280 8,297
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 139,261 −40,485
2.2 Faċilità ta’ depożitu 181,788 30,691
2.3 Depożiti fissi 129,000 13,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 5,232 4,591
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,556 −669
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 54,315 967
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 45,643 747
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,672 220
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,993 3,298
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,445 −246
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,941 712
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,941 712
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 208,299 630
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,086,364 13,242
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja