Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Novembru 2009

17 ta' Novembru 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Novembru 2009, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħat prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 171.9 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
11 ta’ Novembru 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 7.8 biljun CHF 6.8 biljun
12 ta’ Novembru 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 22.2 biljun USD 22 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja, (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 303 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 773.2 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.8 biljun għal EUR 147.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 54.7 biljun għal EUR 595.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  46.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 51.3 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 7.7 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Novembru 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 13-il biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 10.8 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 20.7 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 0.8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 54.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 128.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 22.7 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Novembru 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 51.3 biljun għal EUR 232.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 238,150 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 193,981 941
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,228 398
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,753 543
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,880 −679
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,742 252
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,742 252
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 649,907 −19,957
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 51,950 5,050
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 595,400 −27,347
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,523 2,418
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 34 −77
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,767 1,611
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 325,762 1,681
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 22,745 1,135
7.2 Titoli oħra 303,017 546
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,195 0
9 Assi oħra 235,221 2,070
Assi Totali 1,759,605 −14,080
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 773,175 −654
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 286,503 −23,311
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 232,212 51,314
2.2 Faċilità ta’ depożitu 54,289 −74,624
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 442 −8
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 155,518 9,565
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 147,343 9,822
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,175 −257
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,224 −3,570
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,172 848
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,912 −618
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,912 −618
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 50,906 0
10 Passiv ieħor 156,543 3,669
11 Kont tar-rivalutazzjoni 192,254 0
12 Kapitali u riżervi 72,956 −1
Total tal-passiv 1,759,605 −14,080
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja