Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Lulju 2009

14 ta' Lulju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Lulju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.5 biljun għal EUR 208.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta’ Lulju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 29 biljun CHF 31.1 biljun
9 ta’ Lulju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 39.3 biljun USD 43.1 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (li jidhru fil-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal-EUR 301.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 770.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.6 biljun għal EUR 124.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 133.8 biljun għal EUR 652.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  105.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 106.4 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 56.8 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 38.3 biljun. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 13.2 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 3 biljuni. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 7.6 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 9.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 155.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 316 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Tul il-ġimgħa ta’ qabel, xi banek ċentrali tal-Eurosistema bdew jixtru bonds garantiti denominati f’euro fil-kuntest tal-programm ta’ xiri mħabbar fis-7 ta’ Mejju 2009 wara deċiżjoni li ħa l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għalhekk, l-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) ammontaw għal EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Lulju 2009.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 103.5 biljun għal EUR 271.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 232,126 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,365 1,502
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,792 −51
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,573 1,553
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 68,964 2,463
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,511 1,248
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,511 1,248
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 808,008 −26,626
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 106,406 501
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 701,453 −27,145
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 135 76
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 14 −58
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,017 −70
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 301,718 −473
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 66 66
7.2 Titoli oħra 301,652 −539
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,230 −46
9 Assi oħra 238,970 −714
Assi Totali 1,888,909 −22,719
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 770,275 1,538
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 427,353 −56,950
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 271,815 103,491
2.2 Faċilità ta’ depożitu 155,535 −160,421
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 −20
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 279 2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,581 15,755
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 124,676 15,611
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,905 144
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,226 15,399
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,831 −434
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,346 1,870
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,346 1,870
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,436 0
10 Passiv ieħor 153,826 103
11 Kont tar-rivalutazzjoni 187,797 0
12 Kapitali u riżervi 72,960 −3
Total tal-passiv 1,888,909 −22,719
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja