Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Diċembru 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Diċembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 125 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti Nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 21.2 biljun għal EUR 353 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment tal-likwidità. Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 52.3 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 47.6 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 57.4 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, b’maturità ta’ sebat ijiem u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 41.6 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem. Nhar il-Ħamis ukoll, 18 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 4.8 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.1 biljun, b’maturità ta’ 28 jum, u mmaturat operazzjoni swap oħra f’kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 5.1 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem. Dawn l-operazzjonijiet swap f’kambju barrani ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 18.9 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 14.6 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Diċembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 0.9 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 120.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.8 biljun għal EUR 753.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita Nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 119.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 79.3 biljun għal EUR 598.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 217.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 209.7 biljun. Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50.8 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 230.7 biljun (meta mqabbel ma’ 159.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 92.9 biljun għal EUR 205.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 219,824 | −125 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 152,779 | −3,765 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 12,536 | −5 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
140,243 | −3,760 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 221,411 | −16,981 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,938 | −537 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 8,938 | −537 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 829,584 | −7,822 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 210,427 | −8,134 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 616,899 | 768 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,190 | −480 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 69 | 23 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 54,755 | −2,316 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 120,835 | −608 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,496 | 5 | |
9 | Assi oħra | 375,861 | −204 | |
Assi Totali | 2,021,484 | −32,353 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 753,279 | 9,772 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 436,414 | −21,365 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 205,686 | −92,858 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 230,667 | 71,506 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 61 | −13 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 215 | −4,986 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 129,675 | 5,909 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 119,494 | 6,633 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,181 | −724 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 279,046 | −21,762 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,775 | 499 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,080 | −57 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 13,080 | −57 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,237 | −364 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,694 | 2 | |
Total tal-passiv | 2,021,484 | −32,353 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja