Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-23 ta’ Mejju 2008
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Mejju 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 46 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 6.6 biljun għal EUR 167.4 biljun minħabba operazzjoni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, li ġiet regolata fit-22 ta’ Mejju 2008 (operazzjoni mmexxija mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament, reċiproku u temporanju, dwar il-munita (linja swap) bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System), u minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 112.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 669.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.7 biljun għal EUR 81.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 24.6 biljun għal EUR 461.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Mejju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 191.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 176.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Mejju 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 60 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 37.8 biljun għal EUR 195.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 209,563 | −46 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 138,403 | −5 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 9,434 | 1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
128,969 | −6 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 53,266 | 5,473 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 15,677 | 356 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 15,677 | 356 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 461,949 | −24,691 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 176,501 | −14,998 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 285,028 | −9,998 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 418 | 303 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 32,462 | −1,470 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 112,357 | 145 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 38,013 | 3 | |
9 | Assi oħra | 362,107 | 3,153 | |
Assi Totali | 1,423,797 | −17,082 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 669,292 | −1,826 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 195,456 | −37,900 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 195,380 | −37,771 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 67 | 21 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 9 | −150 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 164 | −8 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 88,478 | 15,579 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 81,132 | 15,755 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,346 | −176 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 73,947 | 7,984 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,876 | 1,024 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,282 | −2,114 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,282 | −2,114 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,148 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 143,984 | 178 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 156,231 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,939 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,423,797 | −17,082 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja