Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-25 ta' Mejju 2007

29 ta' Mejju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Mejju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 191 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 146.3 biljun (ara “Kwistjonijiet oħra”).

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 94.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 623.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 18.9 biljun għal EUR 60.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 14.6 biljun għal EUR 445.6 biljun. Nhar it-Tlieta, 22 ta’ Mejju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 281 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 295.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.4 biljun għal EUR 187.2 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ta’ min jinnota li fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa ta’ l-Eurosistema tat-18 ta’ Mejju 2007 (ippubblikat fit-22 ta’ Mejju 2007) il-klejms kontra residenti taż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija (il-partita nru. 3 ta’ l-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 24,111 miljun, minflok EUR 24,569 miljun, u li l- assi l-oħra (il-partita nru. 9 ta’ l-attiv) kellhom ikunu EUR 231,177 miljun, minflok EUR 230,719 miljun.

B’hekk, il-bidliet attwali ta’ ġimgħa fuq ġimgħa f’dawn il-pożizzjonijiet huma ta’ EUR 895 miljun u EUR 1,362 miljun, rispettivament.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 180,024 −191
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,506 220
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,956 296
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,550 −76
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,006 437
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,941 −157
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,941 −157
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 445,739 14,496
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 295,503 14,503
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 150,000 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 235 −9
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,135 353
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,505 1,081
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,657 0
9 Assi oħra 232,539 1,820
Assi Totali 1,187,052 18,059
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 623,383 −682
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 187,400 −2,455
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 187,221 −2,391
2.2 Faċilità ta’ depożitu 178 −60
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 201 62
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 68,777 18,923
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 60,152 18,947
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,625 −24
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,135 29
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 155 −4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,474 685
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,474 685
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,578 0
10 Passiv ieħor 72,098 1,500
11 Kont tar-rivalutazzjoni 125,521 0
12 Kapitali u riżervi 68,330 1
Total tal-passiv 1,187,052 18,059
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja