Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-4 ta’ Mejju 2007

8 ta' Mejju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-oprazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Mejju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 186 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 September 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 145.4 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u ddenominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 93.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 624 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni ġenerali (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14 il-biljun għal EUR 46.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 10.3 biljuni għal EUR 429.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Mejju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 288.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 279.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilita` ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall- faċilita` ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ li kien prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-ż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 182 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 180,517 −186
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 141,412 −639
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,614 −26
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,798 −613
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,347 333
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,086 623
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,086 623
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 429,707 −10,311
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 279,499 −9,001
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 149,999 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 209 −1,310
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,965 −1,835
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,066 708
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,657 −583
9 Assi oħra 227,598 937
Assi Totali 1,165,355 −10,953
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 623,959 4,297
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 182,046 −1,618
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 181,994 −1,580
2.2 Faċilità ta’ depożitu 52 34
2.3 Depożiti fissi 0 −64
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 55,813 −14,160
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 46,841 −13,984
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,972 −176
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,485 −36
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162 −134
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,610 −268
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,610 −268
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,578 0
10 Passiv ieħor 68,728 968
11 Kont tar-rivalutazzjoni 125,521 0
12 Kapitali u riżervi 68,328 0
Total tal-passiv 1,165,355 −10,953
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja