Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tas-27 ta' Ottubru 2006
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 t’Ottubru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 65 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess, jiġifieri EUR 152 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal-EUR 80.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 592 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn il-gvern ġenerali (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 65.3 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partit nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas b’EUR 4.6 biljun għal EUR 433.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Ottubru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 318.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 314 biljun. Il-Ħamis, 26 t'Ottubru 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.
Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.8 biljun għal EUR 165.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 175,141 | −65 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 142,403 | 395 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 11,233 | −21 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,170 | 416 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,094 | −864 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,232 | −561 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 10,232 | −561 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 434,045 | −4,458 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 314,000 | −4,500 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 120,002 | 1 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 43 | 43 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,083 | 1,176 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,856 | −97 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,022 | 0 | |
9 | Assi oħra | 203,860 | 1,929 | |
Assi Totali | 1,118,736 | −2,545 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 591,960 | 955 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 165,545 | −2,654 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 165,437 | −2,751 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 42 | 32 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 66 | 65 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 121 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 73,924 | −1,414 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 65,301 | −1,596 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,623 | 182 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,104 | 183 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 112 | 13 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,658 | −484 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,658 | −484 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,701 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 70,313 | 855 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 123,721 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 64,577 | 1 | |
Total tal-passiv | 1,118,736 | −2,545 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja