Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' L-Eurosistema tat-23 ta' Diċembru 2005

28 ta' Diċembru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ Diċembru 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 165 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.4 biljun għal EUR 161.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 94.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 568 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 35.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 5.6 biljun għal EUR 404 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Diċembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  308.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 314 biljun.

Fl-istess ġurnata, il-BĊE għamel arranġament għall-operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal (LTRO) normali ta’ EUR 30 biljun sabiex tiġi mħallsa l-Ħamis, 22 ta’ Diċembru 2005, meta mmaturat LTRO preċedenti. Madankollu, offerta żbaljata impediet lill-BĊE milli jeżegwixxi din l-operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal il-ġdida għall-ammont standard, biex b’hekk EUR 12.5 biljun biss ġew imħallsa f’dik il-ġurnata speċifika. Il-bqija ta’ l-ammont, iġifieri EUR 17.5 biljun ġie sussegwentament allokat permezz ta’ operazzjoni ta’ rifinanzjament eċċezzjonali bbażata fuq proċeduri normali tal-LTRO nhar il-Ħamis, 22 ta’ Diċembru 2005, u ġie paċut nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Diċembru. Iż-żewġ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament sejrin jimmaturaw nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu 2006.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) ukoll kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 7.6 biljun għal EUR 150.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 148,133 −165
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 152,014 −4,697
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 16,440 −3,140
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
135,574 −1,557
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,960 1,354
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,289 −167
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,289 −167
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 404,019 5,503
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 314,002 5,502
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,017 17
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,500 297
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,435 576
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,274 −388
9 Assi oħra 144,125 493
Assi Totali 1,019,749 2,806
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 567,962 9,366
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 150,732 −7,658
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 150,714 −7,569
2.2 Faċilità ta’ depożitu 18 −89
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 207 −12
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,476 1,087
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 35,559 1,047
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,917 40
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,364 299
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 480 70
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,424 −17
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,424 −17
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,885 0
10 Passiv ieħor 68,041 −332
11 Kont tar-rivalutazzjoni 103,749 0
12 Kapitali u riżervi 58,429 3
Total tal-passiv 1,019,749 2,806
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja