Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tat-8 ta' Lulju 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Lulju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 76 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barraninija (partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 168.3 biljun.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal-EUR 87.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 530.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 70.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 0.9 biljun għal EUR 397.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Lulju 2005, operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 308 biljun immaturat u waħda ġdida ta’ EUR 307.5 biljun ġiet regolata.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 6.1 biljun għal EUR 147.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 138,375 | −76 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 162,473 | −88 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 22,151 | 1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
140,322 | −89 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 20,918 | −125 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,807 | −370 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 8,807 | −370 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 397,509 | −678 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 307,500 | −501 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 90,000 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 3 | −181 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 6 | 4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,920 | −309 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 87,410 | 1,664 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,747 | 16 | |
9 | Assi oħra | 129,572 | 256 | |
Assi Totali | 988,731 | 290 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 530,296 | 4,314 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 148,124 | −5,847 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 147,901 | −6,057 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 223 | 211 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 273 | 120 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,782 | 2,062 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 70,739 | 2,102 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,043 | −40 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,930 | 189 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 342 | 3 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,879 | −250 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,879 | −250 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,896 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 56,627 | −302 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 92,292 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,290 | 1 | |
Total tal-passiv | 988,731 | 290 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja